Termini u Kundizzjonijiet
Merħba fil-portal PERICLES. Jekk tkompli tibbrawżja u tuża dan is-sit web, inti qed taqbel li tikkonforma u qed tintrabat mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-użu li ġejjin, li flimkien mal-politika ta’ privatezza tagħna jirregolaw ir-relazzjoni ta’ PERICLES miegħek fir-rigward ta’ dan is-sit web. Jekk ma taqbilx ma’ xi parti minn dawn it-termini u l-kundizzjonijiet, jekk jogħġbok tużax is-sit web tagħna.
It-terminu “PERICLES” jew “lilna” jew “aħna” jirreferi għas-sid tas-sit web li l-uffiċċju rreġistrat tiegħu huwa University of York, Environment and Geography Department, York, UK. It-terminu “inti” jirreferi għall-utent jew għall-viżwalizzatur tas-sit web tagħna.
L-użu ta’ dan is-sit web huwa suġġett għat-termini tal-użu li ġejjin:
- Il-kontenut tal-paġni ta’ dan is-sit web huwa għall-informazzjoni u l-użu ġenerali tiegħek biss. Huwa soġġett għal tibdil mingħajr avviż.
- Dan is-sit web juża l-cookies biex jimmonitorja l-preferenzi tiegħek.
- La aħna u lanqas l-ebda parti terza ma jipprovdu xi garanzija dwar il-preċiżjoni, il-puntwalità, il-prestazzjoni, il-kompletezza jew l-adegwatezza tal-informazzjoni u l-materjali li jinstabu jew li jiġu offruti fuq dan is-sit web għal kwalunkwe skop partikolari.
- L-użu tiegħek ta’ kwalunkwe informazzjoni jew materjal fuq dan is-sit web huwa għal kollox għar-riskju tiegħek stess, li aħna ma nkunux responsabbli għalieh. Hija r-responsabbiltà tiegħek stess li tiżgura li kwalunkwe prodott, servizz jew informazzjoni disponibbli permezz ta’ dan is-sit web jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi tiegħek.
- Dan is-sit web fih materjal li huwa proprjetà tagħna jew illiċenzjat lilna. Dan il-materjal jinkludi, iżda mhuwiex limitat għad-disinn, l-arranġament, id-dehra u l-grafika. Ir-riproduzzjoni hija pprojbita ħlief skont l-avviż dwar id-drittijiet tal-awtur, li jagħmel parti minn dawn it-termini u l-kundizzjonijiet.
- It-trademarks kollha riprodotti fuq dan is-sit web li mhumiex proprjetà tal-operatur, jew m’humiex illiċenzjati lilu huma rikonoxxuti fuq is-sit web.
- Użu mhux awtorizzat ta’ dan is-sit web jista’ jagħti lok għal talba għad-danni u/jew ikun reat kriminali.
- Minn żmien għal żmien, dan is-sit web jista’ jinkludi wkoll links għal siti web oħrajn. Dawn il-links huma pprovduti għall-konvenjenza tiegħek biex jipprovdu aktar informazzjoni. Dawn ma jindikawx li aħna napprovaw is-sit(i) web. Ma għandna l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tas-sit(i) web konness(i).
- L-użu tiegħek ta’ dan is-sit web u kull tilwima li tirriżulta minn dan l-użu tas-sit web huma soġġetti għal-liġijiet tal-Ingilterra, l-Irlanda ta’ Fuq, l-Iskozja u Wales.
- Id-data kollha maħluqa oriġinarjament imtella’ fuq il-portal PERICLES se tiġi ppreżentata taħt liċenzja tal-Creative Commons (CC BY-SA 4.0). (https://creativecommons.org/licenses/by-sa/4.0/legalcode)
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
- L-informazzjoni pprovduta fuq dan is-sit web hija maħsuba biex tipprovdi informazzjoni ġenerali biss.
- Filwaqt li jsir kull sforz biex il-portal PERICLES jinżamm aġġornat, hija r-responsabbiltà tiegħek li tikkuntattja lis-sid tad-data direttament biex tivverifika l-preċiżjoni fejn meħtieġ. Fuq dan is-sit web issib links għall-organizzazzjonijiet tas-sors tad-data.
- L-utenti jingħataw il-parir biex jikkonformaw mat-termini u l-kundizzjonijiet tal-liċenzja tad-data tal-organizzazzjonijiet rilevanti tas-sors tad-data.
- PERICLES u l-fornituri tad-data mhux se jaċċettaw ir-responsabbiltà għal kwalunkwe telf jew dannu li jirriżulta minn, jew b’rabta mal-użu ta’ dan il-portal jew kwalunkwe data fi ħdanu, għal kwalunkwe raġuni.
- Id-data kollha maħluqa oriġinarjament imtella’ fuq il-portal PERICLES se tiġi ppreżentata taħt liċenzja tal-Creative Commons (CC BY-NC-SA 4.0 unported). (https://creativecommons.org/licenses/by-nc-nd/4.0/legalcode)
Qrajt u aċċettajt it-termini u l-kundizzjonijiet
Avviż ta’ Privatezza
Introduzzjoni
Il-privatezza tiegħek hi importanti għalina. Dan l-avviż japplika għad-data kollha li inti tipprovdi għal dan is-sit web.
Dan jistabbilixxi l-modi kif l-Università ta’ York tiġbor, tuża, taħżen u tikkondividi d-data tiegħek. Jistabbilixxi wkoll għal kemm żmien inżommu d-data tiegħek u liema drittijiet għandek fir-rigward tad-data tiegħek skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).
Dan is-sit web huwa miżmum mit-tim PERICLES fl-Università ta’ York. Għall-finijiet ta’ dan l-avviż ta’ privatezza, l-Università ta’ York hija l-Kontrollur tad-Data kif definit fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).
Dan is-sit web isegwi l-Avviż dwar il-Privatezza Ġenerali tal-Università ta’ York (https://www.york.ac.uk/records-management/dp/your-info/generalprivacynotice/). Kwalunkwe dettall speċifiku huwa speċifiku għall-portal PERICLES. Jekk jogħġbok aqra sew il-politika u kkuntattjana bi kwalunkwe mistoqsija jew tħassib dwar il-prattiki ta’ privatezza tagħna.
Għaliex niġbru d-data tiegħek?
L-informazzjoni li tipprovdi se tintuża mit-tim PERICLES biex jifhem aħjar il-valuri tal-wirt kulturali marittimu miżmuma minn individwi u organizzazzjonijiet.
Il-politika ta’ Ġestjoni tad-Data ta’ Riċerka tal-Università ta’ York hija osservata b’mod sħiħ. https://www.york.ac.uk/about/departments/support-and-admin/information-services/information-policy/index/research-data-management-policy/
Minn fejn inġibu d-data tiegħek?
Aħna nżommu data miġbura minn formola li inti timla meta tirreġistra mas-sit web, u kwalunkwe korrispondenza direttament permezz tal-formola ta’ kuntatt.
X’informazzjoni niġbru?
Id-data personali li nżommu tikkonsisti f’ismek, l-indirizz u l-indirizz tal-posta elettronika, id-data tat-twelid u s-sess. Aħna naħżnu wkoll kull korrispondenza elettronika bejn inti stess u aħna.
Tista’ wkoll ittella’ d-data tiegħek stess dwar il-wirt kulturali marittimu. Id-data se tiġi maħżuna bir-reqqa u użata minna u/jew mill-imsieħba fil-proġett tagħna. Tali rekords jistgħu jinkludu, pereżempju, informazzjoni dwar post, dati, ritratti u filmati.
Din il-kondiviżjoni tad-data tgħin biex tkompli r-riċerka, l-edukazzjoni u
l-fehim nazzjonali tagħna ta’ kwistjonijiet dwar il-wirt kulturali marittimu. Għalhekk,
id-data anonimizzata tista’ tiġi kondiviża mal-imsieħba fil-proġett. Bil-preżentazzjoni
tar-rekords tiegħek, inti qed tindika li taqbel mal-approċċ tagħna.
Kif nużaw l-informazzjoni personali?
Aħna nistgħu nipproċessaw id-data personali tiegħek għall-finijiet li ġejjin:
- twaqqif u amministrazzjoni ta’ kont
- riċerka akkademika (psewdonimizzata)
X’inhi l-bażi legali tagħna għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek?
Aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek minħabba li:
- dan hu meħtieġ għall-interessi leġittimi tagħna (jekk jogħġbok ara https://www.pericles-heritage.eu)
- inti tajtna l-kunsens tiegħek (tista’ tirtira u timmaniġġja l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin fil-kont tal-utent tiegħek)
Meta nikkondividu d-data personali?
Aħna nittrattaw id-data personali b’mod kunfidenzjali. Aħna nagħtu informazzjoni biss lil partijiet terzi jew lil individwi meta niġu obbligati bil-liġi, għal skopijiet ta’ sigurtà nazzjonali, għal investigazzjonijiet kriminali, u jekk inti tkun qbilt li nistgħu nagħmlu dan. Kwalunkwe data personali użata għar-riċerka akkademika se tkun psewdonimizzata. It-talbiet għal data minn partijiet esterni se jiġu ttrattati fuq bażi ta’ każ b’każ.
Kif inżommu d-data tiegħek sikura?
Aħna nieħdu s-sigurtà tal-informazzjoni b’serjetà kbira u implimentajna miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex nipproteġu d-data personali u l-kategorija speċjali ta’ data. L-aċċess għall-informazzjoni huwa ristrett fuq il-bażi tal-ħtieġa ta’ għarfien u l-arranġamenti ta’ sigurtà jiġu riveduti b’mod regolari biex tiġi żgurata l-adegwatezza kontinwa tagħhom.
Id-data kollha se tinħażen b’mod sikur fis-servers fl-Università ta’ York. L-Università tieħu s-sigurtà tal-informazzjoni b’serjetà kbira u implimentat miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex tipproteġi d-data personali u u l-kategorija speċjali ta’ data. L-aċċess għall-informazzjoni huwa ristrett fuq il-bażi tal-ħtieġa ta’ għarfien u l-arranġamenti ta’ sigurtà jiġu riveduti b’mod regolari biex tiġi żgurata l-adegwatezza kontinwa tagħhom. Għal aktar informazzjoni ara https://www.york.ac.uk/it-services/security/.
F’ċerti ċirkostanzi, jista’ jkun meħtieġ li d-data personali tiegħek tiġi trasferita barra miż-Żona Ekonomika Ewropea. Fir-rigward ta’ tali trasferimenti, l-Università se tikkonforma mal-obbligi tagħna skont il-Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data u tiżgura livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data kollha trasferita.
Id-data kollha użata bħala parti minn din ir-riċerka se tikkonforma mar-rekwiżiti legali rilevanti kollha u mal-kodiċi ta’ prattika tajba. Ir-riskju ta’ kunfidenzjalità u ta’ divulgazzjoni huma kkontrollati permezz tal-applikazzjoni ta’ politiki dwar is-sigurtà tal-informazzjoni u t-trattament tad-data. L-individwi se jkunu psewdonimizzati permezz ta’ allokazzjoni ta’ ID uniku li se jintuża biex jidentifika r-rekords elettroniċi kollha.
Għal kemm se nżommu d-data tiegħek?
Aħna nżommu l-informazzjoni tiegħek biss sakemm ikun meħtieġ għal kull għan li nużawha. Dan il-perjodu se jkun għat-tul tal-proġett (tliet snin), miżjud b’ħames snin wara. Dan biex jiġu massimizzati l-benefiċċji miksuba mis-sit web u biex tiġi pprovduta kontinwità għall-proġett. Id-data kollha tiġi kkanċellata b’mod sigur.
Xi drittijiet għandek fir-rigward tad-data tiegħek?
Skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), inti għandek id-dritt li tkun infurmat, id-dritt ta’ aċċess għad-data tiegħek, id-dritt ta’ rettifika, tħassir (f’ċerti ċirkostanzi), restrizzjoni, oġġezzjoni jew portabbiltà (f’ċerti ċirkostanzi). Għandek ukoll id-dritt li tirtira l-kunsens.
Kwistjonijiet ta’ tħassib
Jekk għandek xi mistoqsijiet jew tħassib dwar il-prattiki ta’ privatezza tagħna jew dwar l-informazzjoni personali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattjana permezz tal-paġna ta’ kuntatt.
Links għal siti web oħra/kontenut ta’ partijiet terzi
Kwalunkwe link għal siti esterni, riżorsi u data misjuba f’dan is-sit web ma jikkostitwixxix approvazzjoni, u ma nieħdu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut ta’ (jew l-informazzjoni li tinsab fi) kwalunkwe sit web konness.
Id-dritt tiegħek li tilmenta
Jekk m’intix kuntent bil-manjiera li biha ttrattajna d-data personali tiegħek, għandek id-dritt li tressaq ilment quddiem l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni. Għal informazzjoni dwar ir-rappurtar ta’ tħassib lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni, ara www.ico.org.uk/concerns.